Mara miż-Żurrieq iddaħħlet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’ħabta head-on fil-benniena bejn is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00 a.m., meta l-vettura tat-tip Vitz misjuqa mill-mara ta’ 42 sena, ħabtet fi Trakk misjuq minn raġel ta’ 45 sena mill-Ħamrun.
Fuq il-post dlonk waslu għadd ta’ Pulizija, membri tal-Protezzjoni Ċivili, u Ambulanza, li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi filwaqt li s-sewwieq l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi.