Raġel ta’ 41 sena minn Wied il-Għajn qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ fin-niżla tal-Addolorata.
L-inċident, li seħħ għall-ħabta tas-6:00 ta’ dalgħodu fi Vjal Santa Luċija f’Raħal Ġdid, ħoloq kommossjoni kbira hekk kif involva ħabta bejn tmien karozzi, ħafna minnhom bumper to bumper.
Il-vittma, li kien f’karozza tat-tip Fiat Punto f’nofs is-serbut li ħabtu f’xulxin, kellu jingħata l-għajnuna mill-Membri tal-Protezzjoni Ċivili biex jinħareġ mill-vettura.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura meħtieġa fejn aktar tard kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.