Illum, għall-ħabta tat-tlieta ta’ wara nofsinhar seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Depiro, Sliema.
L-inċident seħħ bejn żewġ vetturi, waħda tal-għamla Peugeot, misjuqa minn mara li għandha 49 sena u residenti tas-Sliema u vettura oħra tal-għamla Nissan, misjuqa minn raġel Taljan ta’ 37 sena, residenti tas-Sliema ukoll. Passiġġiera fil-vettura Nissan kien hemm ukoll tfajla Franċiża ta’ 22 sena.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-persuni l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard il-Maltija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt, ir-raġel Taljan sofra ġrieħi ħfief, filwaqt li t-tfajla Franċiża ma sofrietx ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.