Ħadd ma ndarab f’ħabta li saret f’San Ġwann.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10:15 fi Triq l-Istephanotis f’San Ġwann meta żewġ vetturi kienu involuti f’inċident tat-traffiku.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn għenet persuna li kienet qed issofri minn xokk wara l-ħabta. Hi rrifjutat li tittieħed l-isptar hekk kif ma ġarrbet ebda ġrieħi.