Ir-raġel li tilef ħajtu wara li ntlaqat minn karozza fil-Marsa ġie identifikat bħala żagħżugħ ta’ 24 sena mill-Venezwela.
Il-każ seħħ aktar kmieni it-Tnejn, għall-ħabta tas-14:10 fi Triq Diċembru Tlettax, il-Marsa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Iż-żagħżugħ intlaqat minn Mercedes Benz C250 misjuqa minn raġel ta’ 66 sena residenti l-Fgura. Ambulanza ħadet llill-vittma l-Isptar Mater Dei, iżda kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Marse-Ann Farrugia ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.