Ħamsin persuna weġġaw f’ħabta bejn żewġt ferroviji f’Düsseldorf, il-Ġermanja. Huwa mifhum li ferrovija b’150 passiġġier ħabtet ma’ oħra tal-merkanzija.
Membri tal-protezzjoni ċivili tal-lokal qalu li l-feruti jammontaw għal madwar ħamsin, fosthom tlieta mweġġgħa gravi. It-tim tas-salvataġġ sab diffikulta kbira sabiex jaċċessa s-sit għaliex il-kollużjoni qaċċtet is-sistema tad-dawl tal-madwar.
Ir-raġuni għaliex iż-żewġt ferroviji kienu fl-istess ħin, fl-istess karreġġjata għada qiegħda tiġi nvestigata.