Mara ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 ta’ dalgħodu fi triq il-Marina fl-Imsida meta l-vettura tilfet il-kontroll bil-konsegwenza li qabżet il-bankina u kellha impatt ma’ siġra. Proprju f’dak il-mument, vettura oħra, sabiex tevita l-vettura, spiċċat ħabtet f’ilqugħ tal-ħadid.
Fuq il-post issejħet ambulanza fejn ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa.