17-il persuna weġġgħu gravi f’ħabta li ġiet deskritta bħala orribbli fi Stevenage, l-Ingilterra.
Żewġ karozzi daħlu f’xulxin fil-limiti ta’ Monkswood, ilbieraħ filgħaxija għal ħabta ta’ 9:45 p.m. Qed jiġi rrappurtat li dawn il-karozzi kienu qed jieħdu sehem f’attività tal-karozzi.
Madwar 17-il persuna weġġgħu u ttieħdu fi 3 sptarijiet differenti, dawk ta’ Stevenage, Walford u Harlow. Issejħet ukoll l-assistenza tal-ambulanza mill-ajru.
Jidher li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha.
Ritratt: BBC News