One.com.mt jinsab infurmat li għall-ħabta tal-11 ta’ dalgħodu kien hemm ħabta bejn żewġ karozzi fi Triq il-Lampuka f’San Pawl il-Baħar.
Ambulanza ħadet xi persuni l-isptar Mater Dei għall-aktar kura. Fuq il-post hemm ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u membri mill-Korp tal-Pulizija.