Karozza tal-għamla Citroen misjuqa minn mara barranija li n-nazzjonalità tagħha għadha mhix magħrufa ħabta ma’ karozza tat-tip Hyundai misjuqa minn raġel ta’ 24 sena mix-Xagħra Għawdex.
Passiġġiera fil-karozza tal-għamla Citroen kien hemm żewġ nisa waħda minnhom ta’ anzjana ta’ 82 sena ta’ nazzjonalità Ingliża li ttieħdet l-isptar. Iżda l-kundizzjoni tagħha għada mhix magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.