Raġel ta’ 35 sena ittieħed l-isptar Mater Dei wara ħabta bejn żewġ karozzi fiż-Żurrieq.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-tlieta u għoxrin ta’ waranofsinhar fi Triq Valletta.
Il-ħabta seħħet bejn BMW misjuqa minn żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħaż-Żabbar u Toyota misjuqa mir-raġel ta’ 35 sena residenti n-Naxxar.
Iż-żagħżugħ ma sofra l-ebda ġrieħi.
Fit-Toyota kien hemm ukoll passiġier li mas-sewwieq ittieħdu l-isptar Mater Dei b-ambulanza.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.