Ftit tal-minuti ilu seħħ inċident tat-traffiku fil-Marsa u li fih kienu involuti karozza tas-servizz u trakk.
Il-każ seħħ għall-ħabta tad-09:15 fil-Marsa Hamrun Bypass.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Immedjatament fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-isptar Mater Dei flimkien ma’ ambulanza u tabib tal-emerġenza.
Fuq il-post hemm ukoll uffiċjali ta’ Transport Malta li qed jassistu fl-immaniġġjar tat-traffiku hekk kif parti mill-bypass kellha tingħalaq għat-traffiku.
Fuq il-post issejħet ukoll l-assistenza ta’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.