Raġel ta’ 43 sena, mill-Imtarfa u addoloxent ta’ 15-il sena weġġgħu gravi wara li kienu involtu f’inċident tat-traffiku bejn tliet vetturi fiż-Żejtun.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-siegħa neqsin kwart ta’ waranofisnhar fi Triq tal-Barrani.
Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li kien hemm impatt bejn vann Hino 300 misjuq minn raġel ta’ 21 minn Ħal Qormi, Isuzu Elf misjuq minn Albaniż ta’ 29 minn Birżebbuġia u karozza tat-tip Audi li kienet misjuqa minn raġel ta’ 43 mill-Imtarfa u passiġier miegħu kien hemm tifel ta’ 15-il sena.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li assista lil dawk involuti, kif ukoll uffiċjali tal-Pulizija u tat-Transport Malta li dderiġew it-traffiku.
It-triq ingħalqet għal xi ħin kawża ta’ dan l-inċident.