Għall-ħabta tal-10.15 seħħet ħabta bejn tliet karozzi fid-daħla li tagħti għal Ta’ Pinu.
Isejħu l-pulizija kif ukoll issejħet ambulanza flimkien mal-Protezzjoni Ċivili. Dan għaliex xi persuni inqabdu fil-karozza fejn kellhom jittieħdu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura fosthom tifel żgħir.
Persuna oħra qed issofri minn xokk bil-qatgħa.