Fi Triq Nazzjonali, il-Ħamrun seħħet ħabta bejn tal-linja misjuqa minn Taljan ta’ 32 sena residenti Ħal Tarxien u Toyota Starlet misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Ħal Tarxien ukoll.
Fuq tal-linja kien hemm Skoċċiża ta’ 69 sena, li tirrisjedi tas-Sliema, li sofriet xi ġrieħi minħabba dan l-inċident.
Dan ġara għall-ħabta tas-1.00pm fejn il-pulizija tad-distrett marru minnufih fuq il-post.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.