Sewwieq ta’ mutur ta’ 46 sena ddaħħal l-isptar wara li seħħet ħabta bejn mutur u karozza.
L-inċident seħħ tat-tlieta neqsin kwart ta’ wara nofsinhar, fi Triq il-Kosta, fl-inħawi tas-Salini.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija, fejn mill-ewwel investigazzjonijiet ħareġ li seħħet ħabta bejn karozza, misjuqa minn raġel ta’ 30 sena minn San Pawl il-Baħar u l-mutur, misjuq mill-vittma.
Mar ukoll tim mediku, li ħa r-raġel l-isptar.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhiex magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.