Finlandiż ta’ 29 sena residenti l-Imsida qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku.
Fis-sagħtejn ta’ dalgħodu seħħet ħabta meta il-mutur tat-tip Sky Team misjuq mill-Finlandiż u karozza Suzuki Swift misjuqa minn mara Spanjola ta’ 35 sena residenti Tas-Sliema.
Il-Finlandiż ittieħed l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa, fejn iktar tard, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.