Raġel ta’ 29 sena residenti Ħad-Dingli, sofra xi ġrieħi gravi wara li seħħet ħabta bejn karozza tat-tip Alfa Romeo u l-mutur tal-għamla Romet Motors li kien qed isuq.
Dan ġara l-bieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax u nofs, fi Triq Ganu f’Birkirkara.
Il-Pulizija tad-Distrett ġiet infurmata u marret minnufih fuq il-post. Is-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Min-naħa l-oħra, is-sewwieq tal-vettura, li għandu 19-il sena u joqgħod in-Naxxar, ma sofra l-ebda ġrieħi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dam l-inċident.