Ferrovija u karozza bl-istudenti tal-iskola ħabtu fin-Nofsinhar ta’ Franza bil-konsegwenza li ħallew mill-inqas erbat itfal mejta u għoxrin persuna midruba.
Ħdax minn dawn tal-aħħar f’qagħda kritika wara li seħħet din il-ħabta. Il-karozza bl-istudenti kienet mimlija b’adoloxxenti ta’ bejn it-tlettax u s-sbatax-il sena, Ritratti tax-xena qegħdin juru l-karozza tal-linja maqsuma fi tnejn konsegwenza tal-impatt qawwi.
Fi Tweet, il-President Franċiż, Emmanuel Macron offra l-kondoljanzi tiegħu.