Ftit tal-ħin ilu seħħet ħabta bejn erba’ karozzi f’Regional Road, hekk kif toħroġ mill-mina ta’ Santa Venera.
Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Jidher li nħolqot konġestjoni kbira tat-traffiku.
Il-pubbliku huwa avżat li jevita dawn l-akkwati.
Il-pulizija ġiet infurmata u qed tagħti l-assistenza tagħha.