Żewġ persuni ta’ 26 sena minn Ħal Balzan u ta’ 48 sena minn Wied il-Għajn ittieħdu l-isptar wara li kienu nvoluti f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara.
L-inċident bejn erba’ karozzi seħħ fi Triq Dun Karm għall-ħabta tat-7.50am.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhix magħrufa.
Żewġ persuni oħra ta’ 28 sena minn Ħal Lija u 46 sena l-Imtarfa ħelsuha ħafif.
Kawża tal-inċident għal xi ħin inħolqot konġestjoni tat-traffiku.