Il-priġunieri ta’ dan il-ħabs ingħataw opportunitá unika, uħud minn dawn il-missirijiet qatt ma kellhom iċ-ċans li jaraw wiċċ uliedhom hekk kif is-sentenza tagħhom ingħatat qabel twieldu. Dan il-ħabs organizza ġurnata għal dawn il-missijirijiet bl-għan li wara snin twal jiltaqgħu mat-tfal tagħhom.
Uħud minnhom qed jiskontaw sentenza twila relatata ma’ każijiet dwar traffikar ta’ droga u qtiel. Waħda minn dawn iċ-ċkejkin stqarret li lil missierha tafu biss minn leħnu filwaqt li tfal oħra jibżgħu li missierhom se jerġa’ jaqa’ fl-istess vizzju hekk kif mhux l-ewwel darba li daħlu l-ħabs, iżda minkejja kollox wiċċ dawn it-tfal inbidel f’wieħed ta’ kuntentizza u emozzjoni x’ħin raw lil missierhom.