Resident tal-Fondazzjoni RISE ħaseb biex jagħti riġal lill-Papa fiż-żjara tiegħu li se jagħmel f’pajjiżna.
Anthony Taliana pinġa wiċċ il-Papa u f’ittra stqarr li fih jara wiċċ mimli ħniena ta’ Missier.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-pittura ġiet ippreżentata lis-Segretarju tan-Nunzju Appostoliku.
Il-Fondazzjoni RISE, tgħin diversi persuni li għal xi raġuni jew oħra, xelfu diffrejhom mal-ġustizzja.