Ħames snin ħabs għal żewġ irġiel mill-Belt li ammettew li provaw jisirqu anzjana u kkawżawla ġrieħi waqt li pprovaw jagħmlu dan.
L-irġiel huma Antoine Grima, ta’ 27 sena u Domenic Agius, ta’ 23 sena u l-każ seħħ fl-2012 fil-Belt stess. Dakinhar l-anzjana kellha 63 sena u baqgħet issofri minn problemi fi spallejha.
Il-Qorti nnotat kif l-irġiel qed jipprovaw jibdlu ħajjithom, iżda l-Imħallef Edwina Grima qalet li ma setgħetx tinjora l-fatt li l-mara għadha ssofri l-konsegwenzi sal-lum. Saħqet li l-vjolenza fuq persuna dejjem għandha tkun ikkastigata bil-ħabs.