Destiny Ogbiede, Niġerjan ta’ 35 sena, ġie kkundannat sena ħabs wara li kkaġuna ksur lil mara, li żammha kontra l-volontà tagħha u li heddidha.
Il-Maġistrat Charmaine Galea sabitu ħati. Huwa kien akkużat li għamel ħsara fil-bieb ta’ barra tal-mara, u li kiser ordni ta’ protezzjoni biex ma jersaqx lejha.