Tliet Sudaniżi li għandhom bejn il-wieħed u għoxrin u s-sitta u għoxrin sena, u immigrant ieħor mill-Kosta tal-Ivorju weħlu sitt xhur ħabs wara li uzaw passaporti mhux tagħhom.
Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Lara Butters qalet kif l-imputati ppruvaw isiefru lejn l-ajruport f’Bologna billi ppruvaw jużaw passaport ta’ persuni oħra.
L-imputati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.