Raġel ta’ 19-il sena mis-Senegal intbagħat sitt xhur ħabs wara li kien f’pussess u għamel użu minn passaport falz.
Mustafa Adramaha, li joqgħod Birżebbuġa tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Claire Louise Stafrace.
Ir-raġel kien akkużat li kellu fil-pussess tiegħu passaport falz, li għamel użu minn dokument iffalsifikat u li kellu wkoll dokumenti tal-immigrazzjoni ffalsifikati. Huwa wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.