Raġel ta’ 28 sena mir-Rabat ingħata s-sentenza t’erbatax –il xahar ħabs wara li nstab ħati li seraq minn tliet ħwienet. Is-serqiet saru x-xahar li għadda minn ħwienet fil-Ħamrun u f’San Ġwann.
Minbarra l-akkużi ta’ serq, l-imputat kien akkużat ukoll bi ħsarat fuq il-bieb ta’ ħanut fil-Ħamrun, u ksur ta’ kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest. Akkużi li ż-żagħżugħ ammetta.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti ordnat liż-żagħżugħ isegwi programm ta’ tliet snin biex jegħleb il-vizzju tad-droga.