Mara mill-Istati Uniti weħlet sitt xhur ħabs wara li qatlet lis-sieħeb tagħha fi stunt li marret ħażin minkejja li ttamaw li tmur viral fuq YouTube. Monalisa Perez, ta’ għoxrin sena, intalbet minn Pedro Ruiz, ta’ tnejn u għoxrin sena biex tispara minn pistola bil-ħsieb li ktieb oħxon li żamm quddiem sidru kien se jattih.
Il-każ seħħ f’Ġunju li għadda, b’Perez, omm tnejn, wieġbet ħatja ta’ inkriminazzjoni.