Jasin Karasi, Sudaniż ta’ dsatax-il sena ġie kkundannat sentejn ħabs filwaqt li Mohammed Abdulaziz, ta’ sbatax-il sena mis-Sudan intbagħat tmintax-il xahar ħabs.
Huma affaċċjaw akkużi li pruvaw jaħarbu minn Malta bil-katamaran taħt trakk.
Il-prosekuzzjoni qalet kif huma nqabdu minn scanners u li iż-żagħżugħ ta’ dsatax-il sena ammetta mal-pulizija li huwa kien li pjana sabiex jaħrab minn Malta.
Iż-żewġ akkużati wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.