Martin Joseph Xuereb, ta’ 41 sena minn Bormla, kien ikkundannat 18–il xahar ħabs, wara li ammetta li pprova jiffroda kumpanija tal-assigurazzjoni. Il-każ seħħ f’Ottubru tal-2013, meta l-akkużat pprova jiffroda bejn €500 u €5,000 b’dannu għal Citadel Insurance u Victoria Insurance Agency.
Il-Maġistrat irrimarka kif għalkemm l-involviment tiegħu ma kienx mill-iktar serju, jibqa’ l-fatt li nstab ħati diversi drabi ta’ reati, li għalihom weħel sentenza ta’ ħabs. Kien għalhekk li ma setax jagħtih piena jekk mhux oħra ta’ ħabs effettiv.