Tlett uffiċjali fis-Soċjeta Filarmonika Lourdes ta’ Raħal Ġdid ġew ikkundanati disa’ snin ħabs wara li nstabu ħatja ta’ frodi.
Il-President tas-Soċjetà Vincent Farrugia ta’ 74 sena ntbgħat sentejn ħabs, is-segretarju Josef Grech ta’ 39 sena mill-Marsa ntbgħat erba’ snin ħabs u t-teżorier Omar Caruana ta’ 42 sena minn Ħal Tarxien intbgħat tlett snin ħabs.
Huma ġew akkużati li ffrodaw lill-Maltapost b’€25,000.
Josef Grech u Omar Caruana kien ffirmatarji konġuti għal kont bankarju f’isem l-Għaqda Mużikali Santu Wistin.