Raġel ta’ 32 sena ġie ikkundanat erba’ xhur ħabs wara li ammetta li naqas milli josserva l-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
F’Marzu li għadda hu ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq għadd ta’ kundizzjonijiet fosthom li jiffirma kuljum fl-għassa tal-pulizija tal-Qawra .Izda l-pulizija qalet li r-raġel ma baqa jagħmel dan.
Ir-raġel bħalissa qed jgħaddi proċeduri separati fil-Qorti fuq akkuzi ta’ theddid. L-avukat li dehret għall-akkużat qalet li għal xi żmien ir-raġel kien jinżamm Monte Carmeli, u kif ħareġ ma fehemx x’kien mitlub minnu.