Raġel ta’ 39 sena, ingħata sentenza t’għoxrin xahar ħabs u ġie mmultat tlett’elef ewro, wara li nstab ħati li sitt snin ilu kabbar il-kannabis f’daru.
Meta għamlet tfittxija fid-dar ta’ Walter Desira, il-Pulizija sabet żewġ serer b’dawl artifiċjali li fihom kien hemm erbatax –il qasrija b’wieħed u għoxrin pjanta tal-kannabis ġo fihom.
Fix-xhieda tiegħu, l-akkużat qal li kien ipejjep mat-tmien joints kuljum għax kien ibati minn dipressjoni u attakk nervuż.
Fil-Qorti ammetta li ħawwel il-pjanti wara li sab informazzjoni onlajn, u qal li ħadd ma kien jaf bihom u qatt ma biegħ jew ta droga lil ħadd.