Żagħżugħ ta’ sbatax-il sena mill-Kosta tal-Avorju u Sudaniż ta’ erbgħa u tletin sena weħlu sitt xhur ħabs wara li ffalsifikaw passaporti.
Fil-Qorti ntqal kif il-Ġimgħa, l-irġiel ppruvaw isiefru lejn Bologna billi użaw passaporti foloz.
L-imputati ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom.