Raġel intbagħat erba’ xhur ħabs wara li ammetta li kellu karta tal-identità falza, li xtara minn fuq l-internet biex jaqbad titjira.
Lwizou Ibrahim Ali Khamis Ahmed, Eġizzjan ta’ 19-il sena li joqgħod iż-Żurrieq, tressaq quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace akkużat li pprova juża passaport imbagħbas, filwaqt li għamel dikjarazzjoni falza mal-uffiċjali tal-immigrazzjoni.
L-imputat ġie arrestat fil-mitjar Malti waqt li kien qed jistenna li jaqbad titjira lejn l-Italja. Il-karta tal-identità falza hu mifhum li nxtrat minn persuna bbażata fit-Turkija
Ahmed ammetta għall-akkużi miġjuba kontrih wara li l-partijiet avviċinaw is-sedja u ddiskutew il-każ fil-privat.