Raġel mill-Ghana ngħata sentenza ta’ sena ħabs wara li ammetta għall-akkużi tat-traffikar tad-droga.
Ibrahim Abdall Musah ta’ sitta u tletin sena tressaq il-Qorti wara li kien f’pussess ta’ sustanzi kokaina u ecstasy mhux għal użu personali tiegħu ġewwa Paceville.
Barra minn hekk inqabad fil-pussess ukoll ta’ tnejn u għoxrin gramma kannabis.
L-akkużi kienu aggravati hekk kif l-akkużat inqabad f’post li jinsab inqas minn mitt metru bogħod fejn jiltaqgħu ż-żgħażagħ.
Inqtal kif fuq il-mobile tiegħu nstabu messaġġi li jindikaw kif l-akkużat kien qiegħed jiltaqa’ ma’ terzi persuni biex jbigħ id-droga.