Wara li nqabad jisraq id-dawl permezz ta’ ‘meter’ imbagħbas John Camenzuli ta’ ħamsa u sittin sena ġie kkundannat sittax –il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u mġiegħel iħallas id-dawl misruq li jammonta għal somma ta’ ‘l fuq minn elfejn ewro. Camenzuli nqabad meta ħaddiem tal-Enemalta nduna li qabel l-arloġġ kien hemm selħa fil-wire minn fejn kien jinsteraq id-dawl.
Wara iktar investigazzjoni tal-meter, l-uffiċjali tal-enemalta ntebħu li xi ħadd kien daħħal wire fis-‘service box’ minn qabel l-arloġġ. L-Enemalta stmat li Camenzuli kien ilu jisraq l-elettriku għall-aħħar ħames snin, bl-ammont ffrankat jitla għal €2,022.
Il-qorti kkunsidrat ukoll li dan ma kienx l-ewwel każ ta’ tbagħbis ta’ dawl tal-akkużat u għalhekk ma ddubitatx mix-xhieda tal-uffiċjali. Il-Maġistrat Clarke nnotat li l-fatt li l-akkużat ma ċaħadx li l-wire kien mibrux iżda qal biss li ma kienx jaf bih ma setax jiskużaħ mir-responsabilita kriminali u kkundanatu sittax –il xahar ħabs sospiżi għal sentejn u li jħallas l-ammont dovut skond l-istima lill-enemalta.