Brandon Lee Psaila, mill-Fgura weħel il-ħabs wara li nstab ħati li ħebb għal raġel ieħor f’argument fit-triq.
Il-każ imur lura għal Marzu tal-2019 meta inqala’ l-arguemnt fi Triq Aldo Moro, l-Marsa.
Fl-argument Psaila ġie akkużat li ħebb għal Walid Jadalla Mohamed Abo Assaf.
Psaila ġie ikkundannat li kiser il-paċi pubblika, ikkommetta reat waqt li kien fuq probation, kif ukoll li kkawża ġrieħi ħfief lil Assaf waqt l-argument.
Il-Qorti preseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera ikundannatu għal 26 xahar ħabs, 24 minnhom kawża li kien kiser sentenza sospiża.