Yunus Yusif ta’ 27 sena mill-Ghana u li jgħix iż-Żurrieq, intbagħat 18-il xahar ħabs wara li fil-Qorti ammetta li għen lil xi ħadd biex jiġi jgħix f’Malta illegalment.
L-imputat instab ħati wkoll talli pprova juża wkoll passaport falz.
Il-Qorti mmexxija mill-Maġistrat Joseph Mifsud ordnat ukoll sabiex wara li jiskonta s-sentenza, l-akkużat ikun ripatrijat lejn l-Italja.