Ingliż minn Reading li jinsab f’Malta fuq btala tressaq il-Qorti akkużat li kkawża ġrieħi gravi fuq passiġġier u li ma ħax it-test tal-breathalyser wara inċident tat-traffiku jumejn ilu. Huwa ingħata sentenza ta’ għaxar xhur ħabs sospiża għal sentejn u kien ordnat iħallas €1,200 talli ma ħax test tal-breathalyser.
L-Akkużat, Matthew Bullian ta’ 31 sena, sofra xi ġrieħi u deher fil-Qorti b’siequ fil-ġibs. Dan ammetta li fil-ħin tal- inċident, li sar f’San Pawl il-Baħar nhar it-Tnejn, ħabat ma’ scooter u weġġa gravi lix-xufier ta’ fuqu.