Żagħżugħ ta’ dsatax–il sena mill-Gambja ngħata sentenza ta’ tliet snin ħabs u ġie mmultat €500.
Dan wara li daħħal f’pajjiżna 200 gramma droga kannabis li ma kinitx għall-użu personali tiegħu.
Huwa kien arrestat is-Sibt meta wasal Malta minn Sqallija bil-katamaran.