Raġel ta’ 28 sena ġie kkundannat 3 snin u 9 xhur ħabs wara li ammetta li kien fil-pussess tad-droga.
Uros Colic, Kroat, ġie mixli li assoċja ruħu ma’ persuni biex tiġi ttraffikata l-kannabis f’Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras, qieset l-ammissjoni bikrija ta’ Colic u l-fatt li kien ilu biss 7 xhur f’pajjiżna.
Minbarra s-sentenza ta’ ħabs, il-Qorti immultatu €7,000.