Libjan ta’ 42 sena residenti l-Gżira intbagħat sitt xhur ħabs u ġie ordnat jingħata l-kura psikjatrika wara li ammetta akkużi ta’ serq. Akkużi li jmorru lura tliet xhur, meta l-Libjan seraq numru t’oġġetti minn residenza fi Triq San Albert fil-Gżira.
Meta l-Qorti tat is-sentenza, ikkunsidrat li l-Libjan ikkopera mal-Pulizija u għenhom fl-investigazzjonijiet. Fil-Qorti ntqal ukoll li l-akkużat għandu problemi mentali, għaldaqstant il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin se taħdem id f’id mal-Isptar Monte Karmeli biex tipprovdi l-kura meħtieġa.