Raġel intbagħat xahrejn ħabs wara li seraq erbat ifliexken tal-alkoħol, għall-valur ta’ €34, minn ħanut fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, nhar l-Erbgħa li għadda fejn ġie arrestat ftit tal-ħin wara.
L-Ispettur Elisia Schembri qalet kif uffiċjali tal-Pulizija fil-Belt innotaw raġel suspettuż.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-Maġistrat Giannella Camilleri Busuttil bagħtet lill-akkużat, Sabdi Hamad Mohammed ta’ 50 sena, il-ħabs u ordnatlu jħallas lura l-ammont li seraq f’erba’ xhur.
Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni favur sid il-ħanut.