Raġel ta’ tlieta u erbgħin sena weħel sena u nofs ħabs wara li ammetta li seraq ħames arloġġi ta’ valur għoli f’ żewġ serqiet minn żewġt iħwienet tal-istess kumpanija tal-ġojjellerija f’ San Ġiljan u tas-Sliema.
L-akkużat ametta ukoll li kien reċediv.
Rashad Mabruk, li qal li mgħandux impjieg, ikkommetta s-serqiet f’ Ottubru u Diċembru li għadda.