Raġel li appella minn xahar ħabs għax ma ħallasx il-manteniment ma ħelisiex għax l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera għamlitha ċara li “meta l-leġiżlatur introduċa din ilkontravenzjoni xi ftit tas-snin ilu kien li jġib pressjoni” fuq min ried jaħrab ir-responsabbiltà tiegħu, bil-Qorti żiedet li t-tali ordnijiet “għandhom dejjem jiġu obduti u osservati skrupolożament.”
Ir-raġel kellu jħallas manteniment ta’ €300 fix-xahar iżda kien hemm mument fejn iddeċieda li ma jibqax iħallsu. L-ewwel Qorti kienet bagħtitu xahar ħabs u flappell hu argumenta li mhux ġust meta jkollok persuna li qiegħda tipprova “tistabbilixxi ruħha bil-kwiet… tingħata piena ta’ detenzjoni.”Kien meta r-raġel mar il-ħanut tal-familja biex jgħaddi rigal lil bintu li l-eks sieħba tiegħu keċċietu ’l barra minħabba li skont hi qatt ma taha manteniment. Hawn il-mara ddeċidiet li tagħmel rapport lill-pulizija. Anke għaliex hu kien kitbilha messaġġ bil-kliem “you will surely regret it”. Meta xehdet fil-Qorti l-omm imbagħad ammettiet li xi kultant għal xi żmien kien jagħtiha €100 mit-€300 miftiehma bil-Qorti.
Meta tgħodd kemm suppost taha skont il-kuntratt tenniet li kellha €17,800 f ’manteniment mhux imħallas. Xi ħaġa li kienet minnha. Però r-raġel argumenta li ma jistax iħallas dan il-manteniment għax jaqla’ s-somma ta’ €820 fix-xahar. Saħansitra ressaq talba biex jinbidel u ma kinetx aċċettata. Qal li għalhekk wasal fi ftehim li jħallas €100 fix-xahar.
Meta analizzat kollox il-Qorti nnotat ukoll li huwa minnu li f ’dan il-każ qed nitkellmu dwar koppja li mhix miżżewġa però għandu japplika l-istess prinċipju fejn il-kontendenti għandhom tarbija in komuni għandhom dejjem jobdu l-ordni tal-Qorti sakemm tibqa’ fis-seħħ.