Żewġ immigranti ngħataw sentenza ta’ sitt xhur ħabs sospiża għal sentejn u kienu ordnati jitilqu minn Malta fi żmien erbgħa u għoxrin siegħa.
L-akkużati, wieħed ta’ 33 sena mill-Mali u l-ieħor għandu 24 sena mill-Ghana, ammettew li kienu qed jippruvaw jidħlu Malta b’passaporti foloz wara li vjaġġaw minn Sqallija.
L-immigrant mill-Ghana qal li ġie Malta biex jiġbor oġġett personali u għandu biljett maqtugħ biex jirritorna Sqallija l-Ħadd filgħaxija.