Żagħżugħ Ungeriż ta’ 21 sena li joqgħod Ħal Safi ngħata sentenza ta’ ħabs ta’ tmintax–il xahar, wara li ammetta li f’Novembru li għadda seraq laptop, tablet u €150 fi flus kontanti minn kamra ta’ lukanda f’San Ġiljan.
Huwa kien akkużat ukoll li fl-istess xahar ttraffika d-droga, u ta’ dan ingħata l-libertà proviżorja għal tliet snin fuq numru ta’ kundizzjonijiet. Fl-istess waqt li se jingħata trattament għall-problemi tad-droga.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti kkunsidrat li ż-żagħżugħ ammetta mall-ewwel l-akkużi miġjuba kontrieh u kkopera bis-sħiħ mal-Pulizija. L-Ungeriż wera x-xewqa li jmur lura pajjiżu, għaldaqstant il-Qorti ssuġġeriet li l-Pulizija għandha tibgħatu lura l-Ungerija wara li jiskonta s-sentenza ta’ ħabs.