Sudaniż ta’ wieħed u għoxrin sena ammetta li fuq titjira lejn Katanja kellu dokument tal-Gambja li ma kienx tiegħu u kellu wkoll karta tal-identitá Taljana falza.
Fil-Qorti ġie spjegat mill-Ispettur Karl Roberts li l-imputat xtara dawn id-dokumenti għal €850 u saħansitra qal li l-akkużat ikkopera bis-sħiħ mal-Pulizija.
Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Natasha Galea Sciberras ikkundannat lill-imputat għal tmien xhur ħabs.